Kont taf bir-relazzjoni kbira bejn il-pjanta Aloevera u Ħaż-Żabbar?

Hemm bosta ħsibijiet u miti differenti minn fejn oriġina l-isem tal-Belt Żabbarija.


L-aktar teżi popolari għandna rabta mal-kelma ‘żabar’. Dan hekk kif jingħad li fl-akwati ta’ Beltna, barra mis-swar tal-Kottonera kienet iffurmat komunità ta’ bdiewa u raħħala li fost il-bosta ħidmiet agrikoli kienu jispeċjalizzaw fiż-żbir tas-siġar. Is-siġra tat-tut ukoll għandha rabta sinifikanti ma’ Ħaż-Żabbar hekk kif fl-imgħoddi kont issib ħafna siġar ta’ din il-frotta li dan l-aħħar spiċċat kważi estinta wara dudu li ħakem lis-siġar ta’ din il-frotta fil-bidu tas-snin 2000.


F’pajjiżna Żabbar kien ukoll kunjom ta’ xi familji li mal-medda tas-snin spiċċa kompletament. Fost dawk kunjomhom Żabbar insibu lil Orlando Żabbar; personaġġ li għex fi Żmien l-Assedju l-Kbir, li kellu sehem ewlieni fil-bini tal-fortifikazzjonijiet tal-Kavallieri u li jista’ jkun ukoll ħalla l-influwenza tiegħu fuq Beltna.


Jista’ jkun ukoll li isem Ħaż-Żabbar ġej mill-fatt tad-devozzjoni kbira lejn il-Madonna tal-Grazzja li ssabbar u tfarraġ lid-devoti tagħha.



Iżda, filosofija li qajla tingħata daqstant importanza hija s-siġra tal-aloevera, jew kif magħrufa bil-Malti s-Sabbara. Fi Żmien il-Kavallieri fl-akwati ta’ Ħaż-Żabbar kienet titkabbar din il-pjanta bi kwantitajiet kbar, dan hekk kif il-weraq tagħha kienu jintużaw bħala duwwa għall-ġrieħi u infezzjonijiet tal-ġilda oħra. Fl-akkwati ta’ fejn illum jissejjaħ il-foss, kien hemm miżrugħa ħafna xtieli ta’ din il-pjanta.

Recent Posts

See All
AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2020 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@TALGRAZZJABANDASANMIKIEL.COM

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram

OPENING HOURS

 

Monday - Friday 4:00pm - 10:00pm

Saturday - Sunday 8:00am - 01:00pm
Saturday - Sunday 16:00am - 10:00pm