Il-Preżentazzjoni


Illum, 40 jum fuq il-Festa tal-Milied hija l-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej, iktar magħrufa fostna bħala l-Festa tal-Gandlora. Nistgħu ngħidu li din il-festa għandha wkoll rabta mas-Santwarju tagħna. Hija l-ewwel festa, mis-seba' festi tal-Madonna.


Fi Żmien it-Tieni Gwerra Dinjija, il-poplu Żabbari wiegħed li jekk il-gwerra tgħaddi b'wiċċ il-ġid, jiċċelebraw fil-Knisja Parrokjali s-seba' festi tal-Madonna, l-ewwel waħda fil-kalendarju tkun dik tal-Preżentazzjoni tal-Mulej. Fiha kienet tiġi esposta r-relikwa tal-Madonna, kif ukoll isir l-għasar u talb ieħor.


Apparti minn hekk is-Santwarju tagħna huwa wkoll mfittex għall-preżentazzjonijiet tat-trabi. Xi tfisser preżentazzjoni? Huwa att ta' mħabba li l-ġenituri jitfgħu t-tarbija tagħhom taħt il-ħarsien tal-Madonna. Għalkemm din id-drawwa naqset ferm, il-preżentazzjoni tat-trabi / tfal baqgħet ferm popolari fis-Santwarju ta' Ħaż-Żabbar fejn din issir b'mod personalizzat fil-Kor matul is-sena kollha, kif ukoll pellegrinaġġ u manifestazzjoni fil-Ġimgħa tal-Festa fejn tiġbed mijiet ta' familji.


Bir-raġun li l-Madonna tal-Grazzja għandha post f'kull wild Żabbari u tal-Maltin!

Recent Posts

See All
AQRA AKTAR ARTIKLI 

© 2020 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@TALGRAZZJABANDASANMIKIEL.COM

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram

OPENING HOURS

 

Monday - Friday 4:00pm - 10:00pm

Saturday - Sunday 8:00am - 01:00pm
Saturday - Sunday 16:00am - 10:00pm