IL-KUMITAT EŻEKUTTIV

L-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Żabbar A.D.1883, magħrufa bħala “Tal-Bajda” twaqqfet biex tkattar l-arti u l-kultura mużikali ġewwa Ħaż-Żabbar. Il-kulur uffiċjali tal-Għaqda huwa l-kulur aħdar u l-Patruna tal-Għaqda hija l-Patruna ta’ Ħaż-Żabbar – il-Madonna tal-Grazzja, fejn tieħu sehem bis-sħiħ fil-Festa Titulari tal-Madonna tal-Grazzja li tiġi ċċelebrata l-ewwel ħadd fuq il-Vitorja; filwaqt li l-Banda hija mħarsa mill-Arkanġlu San Mikiel wara d-devozzjoni antika li missirijietna minn dejjem kellhom lejn dan l-Arkanġlu Prinċep tas-Sema u l-Għaqda torganizza festa oħra sekondarja f’ġieħ San Mikiel ġimagħtejn wara dik  Titulari.
 

Sa fejn hu magħruf, sa minn snin qabel it-twaqqif uffiċjali ta’ din il-Banda fl-1883 bl-isem ta’ Societa` Filarmonica Del Zabbar,  Mro Carmelo Abela Scolaro kien ġa ġabar xi żgħażagħ propju mill-Misraħ, fejn sal-lum għadu jiddomina s-sede tal-Għaqda, u beda jgħallimhom il-mużika. Dan kien għall-ħabta tal-1870 u dawn kienu mlaqqmin bħala d-“Dilettanti tal-Misraħ”. Iż-żmien għadda u l-Għaqda evolviet maż-żmien, biddlet isimha minn dak oriġinali ddedikat lil Ħaż-Żabbar għal Għaqda Mużikali San Mikiel taħt il-Patronċinju tal-Madonna tal-Grazzja, għal dak li huwa illum. Biddlet ukoll diversi postijiet minn fejn operat, imma baqgħet dejjem leali lejn il-post fejn il-baned Żabbarin jafu l-oriġini tagħhom – Misraħ is-Sliem. Aktar informazzjoni fuq dan kollu wieħed jista’ jsibu fis-sezzjoni Storja.

 

KUMITAT EŻEKUTTIV 2019-2020

President – Is-Sur Quinton Scerri

Viċi President – Is-Sur Pierre Pisani

 

Segretarju Eżekuttiv – Is-Sur Keith Cachia

Assistent Segretarju Eżekuttiv – Is-Sur Cameron Farrugia

Segretarju Finanzjarju – S-Sinjorina Gail Delia

Assistenti Segretarji Finanzjarji – Is-Sur Kenneth Farrugia

Uffiċjal Progetti u Fondi - Is-Sur Alan Joseph Buhagiar

Uffiċjal Relazzjonijiet Pubbliċi – Is-Sur Roderic Vella

Ufficjal Organizzativ - Is-Sinjorina Angele Camilleri

Delegat tal-Banda – Is-Sur Antoine Camenzuli

Arkivista – Is-Sur Magdylon Briffa

 

Direttur Ġenerali – Is-Sur Daniel Agius

Assistent Direttur Ġenerali - Is-Sur David Schembri

Agent Surmast Direttur - Mro. Matthew Grech

Konsulent tal-Kumitat Eżekuttiv – Is-Sinjuri Shaun Attard u Brian Spiteri

Konsulent Legali – Dr Pawlu Lia LLD

Reviżur – Is-Sur Keith Caruana

Direttur Spiritwali – Dun Ġużepp Ellul

KUNTATT

Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel  A.D 1883 Żabbar

41, Misraħ is-Sliem

Żabbar ŻBR3140

info@talgrazzjabandasanmikiel.com

segretarju@talgrazzjabandasanmikiel.com 

 

© 2020 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@TALGRAZZJABANDASANMIKIEL.COM

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram

OPENING HOURS

 

Monday - Friday 4:00pm - 10:00pm

Saturday - Sunday 8:00am - 01:00pm
Saturday - Sunday 16:00am - 10:00pm