Programs Tailor Made for All Needs    

Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti

Il-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti tagħmel parti mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Sa mit-twaqqif tagħha, lura fl-1883, din l-Għaqda minn dejjem kellha ħidma għalenija minn bosta żgħażagħ żabbarin. L-imħabba lejha, sa mll-bidu tagħha ispirat lil diversi żgħażagħ biex minn sena għall-oħra iżommuha għaddejja sew f’ mumenti ta’ ferħ u wisq aktar f’ mumenti ta’ prova w’ dieqa.

Iċ-ċelebrazzjoni tal-festa tal-Patruna ta’ Belt Hompesch, il-Madonna tal-Grazzja, kienet minn dejjem il-qofol ta’ ħidma annwali. Megħjuna minn diversi voluntiera sew finanzjarjament, kif ukoll bi snajja oħra, dawn iż-żgħażagħ komplew kabbru l-kultura tal-festi maltin b’ armar u brijju mill-isbaħ. Donnu l-enerġija tagħhom ma kienet tispiċċa qatt tant li b’ ħerqa kbira, ġimgħatejn wara l-festa titulari, kienu jiċċelebraw ukoll il-festa tal-Arkanġlu San Mikiel.
 

Kien propju fl-1988 li dan il-grupp ġie uffiċċjalment imwaqqaf u approvat mill-Kumitat ċentrali u ingħata l-isem ta’ Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti. Minn żmien għall-ieħor din il-kummissjoni evolviet u llum il-ġurnata hi magħmula minn 13-il membru. Din tiġi magħżula f’ elezzjoni appopsta li l-konkorrenza għaliha tkun waħda tajba ħafna. Tikkonsisti fiċ-Chairperson li hu responsabbli mit-tmexxija tal-laqgħat u mill-kordinazzjoni ta’ xogħol varju, is-Segretarju li hu responsabbli mill-minuti tal-laqgħat u l-kordinazzjoni tal-attivitajiet, il-Kaxxier li hu responsabbli mir-Rendikont Finanzjarju u mill-ġbir ta’ fondi, flimkien mal-Assistenti tagħhom. Ta’ min isemmi wkoll il-karigi tal-Uffiċċjal għar-Relazzjonijiet Pubbliċi u l-Kuratur tal-Armar li jinsab ġewwa l-Maħżen Ommna tal-Grazzji u ħames membri. Tal-inqas darba kull ġimg]atejn, tissejjaħ laqgħa mis-Segretarju u fiha jsir l-ippjanar meħtieġ. Meta tqis li dan kollu jsir fuq bażi volontarja, tassew li tikkonkludi li l-imħabba ta’ dawn iż-żgħaħagħ lejn din l-Għaqda hi kbira mhux ftit.
 

Matul dawn is-snin li din il-kummissjoni ilha mwaqqfa, il-membri fi ħdanha kienu protagonisti b’ diversi proġetti. L-għanijiet prinċipali jkunu t-tisbieħ ta’ Ħaż-Żabbar fi żmien il-festa u tkabbir tal-isem tal-Għaqda li hi parti minnha. Biex dawn il-miri intleħqu, ġew organizzati ammont kbir t’ attivitajiet fosthom il-Golden Notes Festival, il-Festa Mnarja u l-Green Weekender.
 

Illum, din il-Kummissjoni hi kommessa bħas-snin l-imgħoddija li tibqa tattira aktar żgħażagħ jersqu lejha u lejn l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Il-futur jinbena fuq il-preżent u l-passat, għalhekk hemm iċ-ċertezza li żminijiet glorjużi se jkomplu jiddominaw l-istorja tal-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti.

DSC_0225
DSC_0168
DSC_0130
DSC_0202
DSC_0197
DSC_0143
DSC_0064
DSC_0040
DSC_0035
DSC_0069
DSC_0129
10401194_1074152303823_6617_n

© 2020 GĦAQDA MADONNA TAL-GRAZZJA BANDA SAN MIKIEL A.D 1883 - ZABBAR

MISRAĦ IS-SLIEM

ZABBAR. ZBR3140

MALTA

VO NUMBER 04/15

INFO@TALGRAZZJABANDASANMIKIEL.COM

  • Facebook
  • Twitter
  • YouTube
  • Instagram

OPENING HOURS

 

Monday - Friday 4:00pm - 10:00pm

Saturday - Sunday 8:00am - 01:00pm
Saturday - Sunday 16:00am - 10:00pm

DSC_0069