The Green Weekender
Il-Ħamis 25 t' Awissu
5:00pm - Green Kids Party ġewwa l-bitħa tal-każin. Jieħdu sehem Exotic Dancers, Philip il-clown u diversi kantanti u żeffiena ċkejknin oħra. Jistgħu jattendu tfal bejn l-4 u 12-il sena. Ħlas mal-bieb ta' 2 ewro biss.
8:30pm - Airport Impressions Unplugged - Tibda atmosfera mill-isbaħ ġewwa l-bitħa tal-Każin bis-sehem ta' Errol u Johann mill-band Airport Impressions. Fl-aħħar ħinijiet jindaqqu marċi u diski tal-Għaqda tagħna.
Il-Ġimgħa 26 t' Awissu
8:30pm - Green Rally - Niltaqgħu ġewwa l-bitħa tal-Każin għal serata ta' marċi u diski tal-Għaqda tagħna fost atmosfera festiva mill-isbaħ, organizzata mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdsiti.
Is-Sibt 27 t' Awissu
8:30pm - Majjalata - Ikla ġewwa l-bitħa tal-każin għall-prezz ta' 15 ewro l-kbar u 5 ewro t-tfal. Għażla bejn majjal u chicken breast. Bookings mingħand xi membru tal-Kummissjoni sal-Ħamis 25 t' Awissu. Waqt is-serata naraw diversi siltiet minn festi passati. Intemmu s-serata b' marċi u diski tal-Għaqda tagħna.
Il-Ħadd 28 t' Awissu
8:30pm - Sidewalk Live in Concert - Serata oħra brijjuża ġewwa l-każin bis-sehem tal-band Sidewalk bil-kantanta prinċipali tkun Tiziana Calleja. Intemmu s-serata b' marċi u diski tal-Għaqda tagħna.
Il-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti tixtieq tiskuża ruħha għat-tibdil fil-programm tal-Green Weekender iżda dan seħħ minħabba ċirkostanzi li ma kellhiex kontroll fuqhom.