storja |
|
Propju hawn dak iz-zmien Pjazza San Giacomo, aktar maghruf bhala l-misrah fejn l-antennati taghna waqqfu s-Societa’ Filarmonica del Zabbar-Casino e Scuola, Piazza San Giacomo u aktar tard s-Societa’ Filarmonica San Michele, Zabbar – Casino e Scuola, Piazza San Giacomo illum Ghaqda Madonn tal-Grazzja, Banda San Mikiel. M’huwiex l-ghan taghna li nghidulkom dak kollhu li ghaddiet minnhu din il-Ghaqda. Minn naha l-ohra, hija x-xewqa taghna, li permezz tal-versi li gejjin, nirrakuntawlkom avvenimenti mportanti li ghamlu unur kemm lil Ghaqda taghna, kif ukoll lil Haz-Zabbar. Mhemmx dubju li Haz-Zabbar bhala wiehed mill-eqdem u mill-isbah irhula ta’ Malta, xejn anqas minn imkejjen ohra tal-gzejjer Maltin, minn zminijiet imbeghda, kellu theggeg fih l-imhabba ghall-arti u l-kultura, b’mod partikulari, muzikali.Sa mill-1615, meta r-rahal sar parrocca, baned zghar komposti b’mhux aktar minn tnax ir-ruh, bdew jakkumpanjaw il-purcissjoni fil-festa titulari.Snin wara, sakemm twaqqfu l-baned f’rahalna, kienu jigu baned tar-rigmenti stazzjonati fil-kwartieri ta’ Verdala, f’Bormla. Bla dubju ta’ xejn, bil-kompozizzjonijiet imhalltin u esegwiti minn bandisti professjonali, z-Zabbarin komplew jingibdu u jissahru ghall-muzika. Ghal habta ta’ l-1883, is-Surmast Giuseppe Micallef flimkien ma’ Dun Vincenz Pace, gabar xi zghazagh u waqqfu s- Societa’ Filarmonica del Zabbar. Il-fundatur, promotur u aktar tard President ta’ din is-Socjeta’ kien l-avukat Pasquale de Lorenzo. Mal-poplu, dan l-avukat kien mizmum bhala habib tan-nies kollha u kien protettur tal-fqar, kif ukoll nisrani ta’ veru. It-tghalim tal-muzika lil dawn iz-zghazagh sa mill-1870 u aktarx qabel, minn Mro. Carmelo Abela Scolaro jawtentika l-hsieb jew l-ezistenza ta’ xi istituzzjoni jew socjeta’ muzikali f’Haz-Zabbar. Dawn iz-zghazagh, skond ma jaghti x’jifhem Mro. Giuseppe Micallef stess, kienu minn naha tal-Misrah. Dan ikompli jixhed kemm tassew din il-pjazza antika tal-Misrah barra li hija l-qalba tar-rahal li minnha fl-imghoddi imbieghed u izjed qrib, hargu l-arterji li kabbru u taw is-sahha lil Haz-Zabbar, hi wkoll l-ghajn u l-gnien li fiha fetah u trawwem l-ewwel inwar muzikali . Din il-banda, bhall-baned kollha li kienu jitwaqqfu fl-irhula, damet xi snin maghrufa bhala l-banda tar-rahal. L-ewwel baned li jitwaqqfu kienu jitghammdu bl-isem ta’ rahalhom. Fl-1887 sehhet firda, b’uhud mill-bandisti flimkien mal-kumitat, riedu lill-bravu Mro. Abela Scolaro bhala Surmast Direttur, filwaqt li xi bandisti ohra riedu jibqghu taht is-Surmast Giuseppe Micallef. B’rizultat ta’ dan, ir-rahal ta’ Haz-Zabbar safa b’ zewg baned. Kienu hafna d-djar li matul is-snin servew bhala kazin ta’ din il-Ghaqda.Fis-sena 1889 u qabel, is-sede tas-Societa’ Filarmonica del Zabbar kienet fi Pjazza San Gakbu. Fil-25 ta’ Jannar 1891, gie inawgurat kazin gdid f’ numru 6, Piazza Prince of Wales.Aktar tard, bejn l-1898 u l-1899, il-kazin mexa ghal numri 8 u 9 Strada Prince of Wales. F’Gunju ta’ l-1902, il-Kazin garr ghal numru 28, Piazza San Giacomo, filwaqt li fl-1905 mexa ghal 37 u 38 Piazza San Giacomo. Bejn l-1919 u l-1920, il-kazin kien fi piazza Prince of Wales bin-numru tas-Sede mhux identifikat. F’Settembru tal-1921, il-kumitat beda jahseb ghal lokal iehor. Il-hila u l-kuragg li dejjem wrew il-kumitati flimkien mal-bandisti u l-imsehbin matul iz-zminijiet, zammew din l-Ghaqda dejjem hajja anke fl-aktar zmien mwiegher ta’ l-ahhar gwerra dinjija.Dan tixhdu kitba pubblikata fil- “Il-Berqa” tal-Gimgha 10 ta’ Settembru 1943 fejn tghid:
“Bosta ghaqdiet muzikali kienu mgielgha jaghalqu l-kazini taghhom,
“Wahda minn dawn hija l-Ghaqda Muzikali San Mikiel ta’Haz-Zabbar.Ghalkemm tliet kwarti mill-kazin ta’ l-Ghaqda kien imgarraff fil-hbit mill-ajru, il-kumitat, il-bandisti u l-imsehbin kollha, baqghu jiltaqghu fl-intrata u fil-persjana, postijiet wahdanin li kienu baqghu shah…..”
Ta’ min jghid li lejliet il-festa , nhar il-11 ta’ Settembru ta’ din l-istess sena, il-Banda San Mikiel kienet l-unika banda li hadet sehem fit-Te Deum quddiem il-knisja u fit-toroq madwar Haz-Zabbar.
Il-Banda San Mikiel minn dejjem kellha Surmastijiet li ghamlulha gieh. Fosthom insemmu lil Mro. Carmelo Abela Scolaro, Mro. Giuseppe Micallef, Mro. Antonio Micallef, Mro. Hector Dalli, Mro. Adeodato Gatt, il-princep tal-marci Maltin Mro. Luigi Bongailas, Mro. Twanny Chircop u aktar ricenti Mro. John J. Pace u Mro Charles Wallace Suda fost ohrajn.Ma nistghux ma’ nsemmux lil bravu Mro. David Agius li hu s-Surmast attwali ta’ din il-Banda. U la qed nitkellmu fuq il-banda ma nistghux ma nsemmux xi avvenimenti mportanti li komplew ghollew isem il-Banda San Mikiel. Safejn hu maghruf ufficjalment, il-Banda San Mikiel kienet l-ewwel Banda Maltija li bdiet tilqa lin-nisa fi hdana. Fl-1954, fost il-bandisti, kellha lil Grace Barnett. Kienet iddoqq l-euphonium. Damet iddoqq mal-Banda sa April 1956. Il-Banda San Mikiel kienet ukoll wahda mill-ewwel baned Maltin wara l-King’s Own li daqqet fil-pubbliku l-Innu Nazzjonali miktub minn Dun Karm Psaila u mmuzikat mill-kirurgu maggur Robert Sammut. Dan sehh nhar lejlet il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, is-Sibt 10 ta’ Settembru 1938 fil-Pjazza Prince of Wales, illum Misrah is-Sliem, taht id-direzzjoni ta’ Mro. Giuseppe Deguara. Ic-Celebrazzjonijiet li kienu saru biex jigi mfakkar l-ewwel Centinarju tal-Ghaqda ukoll jibqa mnaqqax b’ ittri tad-deheb fl-istorja. L-attivitajiet kienu saru bejn l-1 u l-10 ta’ Settembru ta’ l-1983. L-aqwa fosthom kien il-programm Vokali u Strumentali mill-Banda San Mikiel immexxija mis-Surmast Direttur ta’ dak iz-zmien Mro. John J. Pace , is-Sibt 3 ta’ Settembru. Fost bcejjec muzikali indaqqu u tkantaw l-Innu Klassiku u Ufficjali ta’ l-Inkurunazzjoni, kompozizzjoni ta’ Mro. Giuseppe Casapinta u “L-Ganja Sinfonika tac-Centinarju”, xoghol Mro.John J. Pace. Il-versi taz-zewg kompozizzjonijiet gew minsuga mill-mibki, izda qatt minsi Karmenu Ellul Galea,ex-President ta’ l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel. Indaqqet ukoll il-Gran Marcia “Mitt Sena” ta’ Mro. Paul Buttigieg. Ma tmiem il-programm l-E.T. is-Sinjorina Agatha Barbara, dak iz-zmien President tar-Repubblika ta’ Malta u President Ad Vitam ta’ l-Ghaqda taghna, fethet ufficcjalment il-kazin il-gdid. It-tberik sar minn Mons. Carmelo Xuereb, Vigarju Generali. Inkixfet u tbierket lapida kommemorattiva. Matul iz-zminijiet, il-Banda San Mikiel kellha hafna okkazzjonijiet biex ssemma lehinha , tista tghid madwar il-gzejjer Maltin kollha. Izda mhux biss. Kienu diversi l-pajjizi li fihom giet mistiedna l-banda biex taghti s-servizz taghha. Sal-lum, hija l-unika Banda Zabbarija li waslet biex tittimbra l-passaport taghha biex turi t-talenti taghha fuq livell internazzjonali.
Kull safra li kellha l-Banda kienet esperjenza sabiha, izda bla dubju ta’ xejn l-udjenza li l-Banda San Mikiel kellha mal-mibki Papa Gwanni Pawlu II fis-Sala Nervi gewwa l-Belt tal-Vatikan fl-1996 ser tibqa tissemma u mfakkra matul is-snin. Hemmhekk il-banda daqqet l-Innu tal-Papa kif ukoll l-Innu Nazjonali Malti. Sa mill-bidu tat-twaqqif taghha, l-Banda San Mikiel minn dejjem kellha element ta’ bandisti li spikkaw. Hargu minnha l-aqwa muzicisti.Dan jikkonfermawh ir-rizultati miksuba minn zmien ghall-iehor mill-bandisti tal-post, fil-Gara Muzikali li ta’ kull sena tigi organizzata mill-Ghaqda Kazini tal-Baned.Bizzejjed nghidu li bejn is-sena 1989 u s-sena 1997 il-Banda San Mikiel u l-bandisti taghha gew klassifikati 8 darbiet l-ewwel. Bla dubju ta’ xejn l-akbar avveniment ghalina z-Zabbarin sehh nhar it-2 ta’ Settembru 1951.Grajja li tibqa mfakkra minn generazzjoni ghall-ohra.F’ dan il-jum hekk ghaziz ghalina lkoll, giet inkurunata x-xbieha mirakoluza tal-Madonna tal-Grazzja. Xewqa li kienet ila tberren f’ mohh kull Zabbari sa mill-eqdem zminijiet. Dak inhar iz-Zabbarin ferhu, ghax bis-sahha tad-deheb taghhom u ta’ flushom, kienet sehhet l-akbar u l-ghezez grajja fl-istorja religjuza u socjali f’ Haz-Zabbar.
Il-Banda San Mikiel kellha sehem kbir f’ dan l-avveniment. Nhar l-1 ta’ Settembru 1951, lejliet l-Inkurunazzjoni, il-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu Klassiku u Ufficjali ta’ l-inkurunazzjoni taht id-direzzjoni tas-Surmast Adeodato Gatt. Dan l-innu, li hareg mill-pinna ta’ Mro. Giuseppe Casapinta b’ versi ta’ Karmenu Ellul Galea, gie rregalat lil Ghaqda taghna mill-Kappillan ta’ dak iz-zmien, il-W.R. Dun Guzepp Zarb b’ kuntratt notarili li sar nhar it-8 ta’ Awissu 1951 ghand in-nutar Dr.John Micallef Trigona. Dan ifisser li l-Ghaqda taghna biss ghandha d-drittijiet kollha fuq dan l-innu u ghalhekk ma jistax jindaqq minn l-ebda banda ohra.
Kemm tixraqlek O helwa Madonna
Lejk Marija-Dawl, Tama u Sabbara-
Dan il-jum hekk ghaziz baqa’ jitfakkar ta’ kull sena. Fis-sena 2001, f’ gheluq il-50 sena ta’ l-inkurunazzjoni, il-poplu Zabbari rega ngabar f’ riglejn Ommna tal-Grazzji, din id-darba biex madwar ras il- Madonna jitpogga stellarju ta’ 12-il stilla tad-deheb. Ghal din l-okkazzjoni, nhar l-Erbgha 22 ta’ Awissu 2001, l-Banda San Mikiel taht d-direzzjoni tas-Surmast David Agius, esegwiet programm Vokali u Strumentali gewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Ghal din l-okkazzjoni, is-Surmast Agius ikkompona Kantata lil Ommna Marija Santissima tal-Grazzja filwaqt li l-lirika saret mis-Sur Karmenu Ellul Galea.
Is-Sliem Ghalik Glorjuza Vergni Mbierka
Iz-zmien ghadda, u ta’ kull sena l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel baqghet tibni fuq il-pedamenti sodi li hallewla missirijietha. Baqghet tiggedded u taggorna ruhha maz-zminijiet. Investiet f’ mahzen ghall-armar kif ukoll inxtrat propjeta’ biex ikun jista jitkabbar il-kazin.
L-Ghaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel dejjem hadmet biex minn sena ghall-ohra tkompli tkabbar u ssebbah il-festa tal-Patruna taghha, il-festa tal-Madonna tal-Grazzja. Dejjem gabret il-hiliet u l-kapacitajiet fi hdanha u ghaqditom flimkien. Ta’ kull sena tat s-sehem taghha fil-festa, anke fl-aktar zminijiet difficli. Nar...armar…..briju…..baned….u fuq kollox l-imhabba lejn il-Madonna tal-Grazzja, Patruna taz-Zabbarin. |
|