Quddiesa

Il-Kumitat Eżekuttiv fi ħdan din l-għaqda jixtieq javża li ser issir quddiesa ġewwa l-bitħa tal-każin, bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna tal-Grazzja nhar il-Erbgħa 31 t' Awwissu. Din tibda fis-7:30pm u se tkun ukoll b' dedika lill-voluntiera u s-soċi mejtin tal-istess Għaqda. Wara jsir ukoll it-tberik u l-ftuħ uffiċċjali tal-bitħa tal-każin.