|
Diversi Kumitati Centrali differenti hassew il-htiega li jinvestu f'aktar proprjeta vicin tal-Kazin prezenti biex b'hekk matul is-snin isiru xoghlijiet biex il-Kazin jigi estiz u imsebbah.
Il-Kumitat Centrali tas-sena 1989 xtara nofs il-proprjeta li tmiss mal-Kazin prezenti. Din il-proprjeta inxtrat bis-subasta. Ghalkemm dan kien investiment ghaqli u importanti il-kumitat tas-sena 1997 hass il-htiega li tinxtara proprjeta’ ohra li gib in-numru ta' 37 f'Misrah is-Sliem din id-darba in-naha l-ohra tal-Kazin prezenti.
B'ghaqal u determinazzjoni il-Kumitat Centrali tas-sena 2003 xtara zewg postijiet ohra li ukoll imissu mal-Kazin prezenti. Din il-propjeta li gib in-numru ta 251 u 252 f'Misrah is-Sliem inxtrat nhar l-20 ta' Jannar 2004.
Waqt laqgha straordinarja li tlaqqghet il-Hadd 10 ta' Awissu 2003 tat is-setgha lill-Kumitat li jinvesti f'dawn iz-zewg proprjetajiet biex eventwalment, bhalma fil-fatt sehh, jitniffed il-Kazin.
Il-Kuntratt li sar fl-20 ta' Jannar 2004 sar quddiem in-Nutar Joseph Debono B.A.,M.A, LLD, u ghal-Kumitat dehru f’isem l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel, il-Kaxxier,
Is-Sur Emanuel Schembri , u s-Segretarju, is-Sur Daniel Agius. |