il-mahzen

Il-holma tal-Kumitat Centrali tas-sena 1989/90 biex jinbena mahzen gdid ghal armar tal-Festa tal-Madonna tal-Grazzja bdiet issehh fix-xahar ta` Marzu 1990, meta fis-sala tal-Kumita Centrali sar il- kuntratt tax-xiri tal-post bin-numru 8 fi Sqaq San Gakbu  Numru 1.

Quddiem in-Nutar Victor Bisazza u fil-prezenza tal-Avukat tal-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel Dr. Pawlu Lia LLD. gie iffirmat dan il-kuntratt li bih il-Kumitat seta’ jibda xoghlijiet fuq dan il-mahzen il-gdid.

Il-Kumitat ta' dak iz-zmien hatar lill-Perit Muscat Azzopardi biex jaghmel pjanta ghal  dan il-progett kbir li gie approvat mill-membri tal-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Il-pjanta ta` dan il-mahzen giet mfassla saqaf fuq iehor, b`gholi ta' zewg sulari. Ix-xoghlijiet bdew minnufih u kienu l-membri u l-partitarji tal-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel li ghamlu xoghlijiet ta’ konstruzzjoni kif ukoll installazjoni tad-dawl u l-ilma f'dan il-mahzen biex ix-xewqa ta' hafna saret realta’ u issa l-Ghaqda kellha post fejn jintrefa’ l-armar tal-festa.
Gie deciz li dan il-mahzen jissemma’ ghall-patruna ta' Haz-Zabbar u nghata l-isem ta' Mahzen Ommna tal-Grazzja

Minn dawn il-pagni nixtiequ  nirringrazzjaw lil kull persuna li b'xi mod offriet l-ghajnuna taghha biex dan il-progett twettaq.

 
 
 


special offer