proprjeta - is-sede

Kienu hafna d-djar li matul is-snin servew bhala kazin ta’ din il-Ghaqda. Fis-sena 1889 il-Kazin jew qabel is-Sede tas-Socjeta’ Filarmonica Del Zabbar Casino e Scuola kienet fi pjazza San Gakbu. Mhux maghruf fejn kien l-ewwel Kazin.  F’xi zmien ma kienux f`dar wahda minhabba li c-Cirkolo twaqqaf qabel il- Filarmonica jew vici- versa. Fil-bidu tad-disghinijiet ingabru taht saqaf wiehed.

Nhar il- Festa ta` San Pawl il-Hadd 25 ta` Jannar 1891 saret l-inawgurazzjoni ta` Kazin gdid ta` San Michele f` numru 6 Pjazza Prince of Wales, illum il-gurnata maghruf bhala Misrah is-Sliem. Ghal din l-okkazjoni kienet mistiedna l-Banda San Gorg ta` Bormla.
Aktar tard madwar is-snin 1898 u 1899 is-Socjeta’  San Michele u l- Casino San Michele kellhom is-Sede fi 8 u 9 Strada Prince of Wales. L-Avukat Pasquale De Lorenzo kien President tal-Filarmonica u s-Sur Giuseppe Tabone il-President tal-Casino.
F`Gunju 1902 il-Kazin tal-Banda San Mikiel bidlu l-lokal u garrew f` numru 28 Piazza San Giacomo fl-1905

Is-socjeta San Michele Casino e Scuola kellha l-lokal 37 u 38 bejn 1911 u l-1920. Il-kazin kien fi Pjazza Prince of Wales fejn sa llum dan il-post ghadek titla’ bit-tarag ghalih.

F`Settembru 1921 il-kumitat ta' dak iz-zmien beda jahseb ghal post iehor pero il-bandisti ma kienux taw twegiba deciziva ghax fejn kienu qabel is-sid gholla l-kera. F` Ottubru tal-1921 sar il-kuntratt fi Pjazza Prince of Wales,  fejn illum il-gurnata jinsab il- Kazin u proprjeta’ tal- Ghaqda Madonna tal- Grazzja Banda San Mikiel. Fl-1978 il-kumitat hass il-htiega li jwaqqa’ l-Kazin, u jmur f` zewgt  ikmamar temporanji. It-Tnejn 18 ta’ Settembru 1978 beda jinhatt il-kazin biex seta’ jinbena kazin gdid. Frott il-hidma tal-voluntiera, il-bzulija tal-kumitat u l-ghaqal tat-Tezorier ta’ dak iz-zmien, Guzeppi Barun, il-Monument Centinarju, kif gie msemmi, gie inawgurat nhar it- 3 ta’ Settembru 1983, ezattament fil-festi li saru biex ifakkru l-ewwel mitt sena mit-twaqqif tal-Ghaqda.

Riferenzi: Guida Generale di Malta e Gozo 1889 pg 217
Ibid 1892 pg 271, 1905 pg 292, 1891 pg 2.
Risorgimento 13-1-1891 pg 2
Guida General di Malta e Gozo 1899 pg 277,290-1905
Minuti seduta Generali 1921
Minuti Seduta tal- Kumitat 1920

                        

 
 
 
 
 
 
 


special offer