Mons. Pawlu Cremona fis-sede tagħna.

Din is-sena, l-poplu Żabbari kellu x-xorti li jgawdi l-Paninġierku konċelebrat minn Monsinju Arċisqof Pawl Cremona nhar il-Festa tal-Madonna tal-Grazzja, l-Ħadd 10 ta' Settembru 2011. Hekk kif spiċċat il-quddiesa, hu sab ħin jiltaqa mall-poplu Żabbari fosthom il-Kumitat u l-partitarji tal-Għaqda tagħna li kienu preżenti ġewwa s-sede. Wara li ltaqa ma bosta partitarji li kienu qed jieħdu drink fil-bar area, hu tela' fis-sala prinċipali armata għall-okkażjoni tal-festa titulari u fil-kamra tal-Kumitat fejn kiteb kelmtejn fuq il-ktieb tal-Viżitaturi. Saret talb wkoll mill-president tal-Għaqda, biex l-

Eċċellenza Tiegħu jirregala l-kallotta tiegħu, talba li ġiet aċċettata bil-ferħ minnu. Immedjatament wara qatta' ftit ħin ġewwa s-sala tal-kunċerti fejn seta jammira l-istrumentatura vasta ta' din l-Għaqda u bierek l-istrumenti biex dawn iservi ta' ġid u ferħ għall-poplu t' Alla. Hekk kif beda jagħfas il-ħin, reġa ltaqa mall-partitarji u flimkien mall-kappillan tal-Parroċċa tagħna, Dun Sebastjan Caruana, rħielha lejn il-pellegrinaġġ tar-roti w muturi li kien qrib li jidħol ġewwa l-Belt tagħna.