|
Isem u Ghan
L-Ghaqda hija mqeghda taht il-Patrocinju tal-Madonna tal-Grazzja u hi maghrufa bl-Isem ta` Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel AD 1883
L- iskop tat-twaqqif taghha huwa :
a. it-taghlim tal-muzika,
b. ir-rikreazzjoni tas-soci,
c. l-organizzjoni tal-festa tal-Patruna taghha il-Madonna tal-Grazzja.
L-ilsien ufficjali ta` l-Ghaqda huwa l-ilsien Malti. Ilsna ohra jistghu jigu uzati jekk u fejn ikun mehtieg.
Imsehbin
L-imsehbin tal-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel huma;
a. il-Kumitat Centrali,
b. il-bandisti tal- post,
c. il-Kummissjoni Nar u Armar,
d. il-Fergha Nisa
e. il-Kummissjoni Zghazagh,
f. il-Kummissjoni plancier
g. Membri Sussidjarji,
h. Bandisti studenti.
Kumitat Centrali - Direzzjoni
Il-Kumitat centrali huma l-persuni minn 18 il-sena `l fuq li jigu maghzula mill-Laqgha General ta` Ottubru minn bandisti tal-post u l-membri.
Jistghu jigu proposti nies ghall- Kumitat centrali dawk li jkunu ilhom mhux anqas minn sena msehbin, kif ukoll bandisti li jkunu ilhom li hargu jdoqqu sena jew aktar.
Kumitat Centrali - Dmirijiet u drittijiet.
Il- President huwa responsabbli tat-tmexxija tal-Ghaqda.
Ghandu jippresjedi l-laqghat kollha li jsiru, kemm generali kif ukoll tal- kumitat u jara li r-regolamenti qed ikunu mwettqa.
Is-segretarju huwa legalment responsabbli minn kull haga li tigi deciza kemm mill-kumitat centrali, kif ukoll mill-Kummissjonijiet / Ferghat fi hdan l-Ghaqda u irid ikun mgharraf b` kull decizjoni li tittiehed minn dawn, specjalment jekk tkun xi decizjoni kontroversali.
Huwa fl-obbligu li jzomm rekord tad-decizjonijiet li jittiehdu fil-laqghat tal-kumitat , kif ukoll tal-laqghat generali.
Il-Kaxxier ghandu jzomm l- kotba u dokumenti tal-bank jew sigurtajiet tal-bank ohrajn li jista jkollha l-Ghaqda. Registru li fiha izomm id-dhul tal-flus bid-dettalji mehtiega. Registru iehor li fih izomm id-dhul u l-hrug iddettaljat ta` kull programm li jkollha l- banda , kif jkoll registru tal-menswalita’.
IL- PRESIDENT , IS- SEGRETARJU U L- KAXXIER HUMA FID- DOVER LI JIRRAPREZENTAW L- GHAQDA B` MOD UFFICJALI. |