kummissjoni plancier

Il-Kummissjoni Plancier fi hdan l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel giet imwaqqfa f’ Ottubru tas-sena 2007. Bhal ma jindika l-isem, l-ghan ewlieni ta’ din il-Kummissjoni huwa li jsir Plancier kif jixraq lill-Banda San Mikiel.

Ix-xewqa li jsir Plancier artistiku kienet ila tberren fl-imhuh ta’ hafna partitarji kif ukoll ta’ diversi membri tal-kumitat. Xi snin ilu kien sar ix-xoghol fuq il-frame tal-hadid, izda l-progett kien waqaf hemm.Kellhom jghaddu tmin snin biex dan il-progett kellhu jitkompla.

Propju mat-twaqqif tal-Kummissjoni, saret sejha lil diversi artisti sabiex jissottomettu d-disinji taghhom. Kienet bicca xoghol iebsa, ghaliex d-disinji kollha kellhom dik ix-xi haga specjali, pero nistghu nghidu li d-disinn li pprezenta l-artist zghazugh Adrian Caruana mill-Qrendi spikka fuq l-ohrajn.L-ghazla weqghet fuq id-disinn ta’ dan l-artist, u immedjatament bdiet hidma biex il-progett setgha jinbeda. Saru diversi laqghat bejn l-artist u l-membri tal-Kummissjoni kif ukoll mal-ufficjali tal-Kumitat. Gew prezentati d-disinni finali biex b’hekk stajna nibdew il-hidma taghna. Kellhom isiru xi olterazzjonijiet zghar fuq il-frame tal-hadid.

 

Ghall-festa tal-2008, propju f’ gheluq il-125 mit-twaqqif tal-Ghaqda taghna, giet imzanzna parti mill-faccata ta’ dan il-Plancier. Nistghu nghidu li d-disinn huwa wiehed originali ghall-ahhar, specjalment it-tarag li jwasslek ghal fuq il-Plancier. Nittamaw li fi ftit snin ohra nkunu f’ pozizzjoni li jitlesta x-xoghol fuq l-injam, halli nkunu nistghu nibdew ix-xoghol fuq d-dekorazzjoni u rhamar.

 

Grazzi mill-qalb tmur lil dawk kollha li qed jaghtu d-donazzjonijiet taghhom biex din il-holma ssir realta’.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
   



special offer