min ahna |
|
Ghal habta ta’ l-1883, is-Surmast Giuseppe Micallef flimkien ma’ Dun Vincenz Pace, gabar xi zghazagh u waqqfu s- Societa’ Filarmonica del Zabbar. Il-fundatur, promotur u aktar tard President ta’ din is-Socjeta’ kien l-avukat Pasquale de Lorenzo. Mal-poplu, dan l-avukat kien mizmum bhala habib tan-nies kollha u kien protettur tal-fqar, kif ukoll nisrani ta’ veru. It-tghalim tal-muzika lil dawn iz-zghazagh sa mill-1870 u aktarx qabel, minn Mro. Carmelo Abela Scolaro jawtentika l-hsieb jew l-ezistenza ta’ xi istituzzjoni jew socjeta’ muzikali f’Haz-Zabbar. Dawn iz-zghazagh, skond ma jaghti x’jifhem Mro. Giuseppe Micallef stess, kienu minn naha tal-Misrah. Dan ikompli jixhed kemm tassew din il-pjazza antika tal-Misrah barra li hija l-qalba tar-rahal li minnha fl-imghoddi imbieghed u izjed qrib, hargu l-arterji li kabbru u taw is-sahha lil Haz-Zabbar, hi wkoll l-ghajn u l-gnien li fiha fetah u trawwem l-ewwel inwar muzikali .
Din il-banda, bhall-baned kollha li kienu jitwaqqfu fl-irhula, damet xi snin maghrufa bhala l-banda tar-rahal. L-ewwel baned li jitwaqqfu kienu jitghammdu bl-isem ta’ rahalhom. Fl-1887 sehhet firda, b’uhud mill-bandisti flimkien mal-kumitat, riedu lill-bravu Mro. Abela Scolaro bhala Surmast Direttur, filwaqt li xi bandisti ohra riedu jibqghu taht is-Surmast Giuseppe Micallef. B’rizultat ta’ dan, ir-rahal ta’ Haz-Zabbar safa b’ zewg baned. F’din il-tilwima, il-kumitat u il-bandisti li ghazlu lis-Surmast Carmelo Abela Scolaro, baqghu fl-istess Sede gewwa l-misrah, kif ukoll zammew l-isem originali dak ta’ Societa’ Filarmonica del Zabbar, wara bhala Societa Filarmonica San Michele, aktar tard Ghaqda Muzikali San Mikiel u llum Ghaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel.
Sa tmiem is-seklu 19 u sa ftit wara l-ahhar gwerra dinjija l-baned kollha, izjed kienu jissemmew bil-laqam milli bil-propju isem taghhom.Kull banda jew kazin li jitwaqqaf mill-ewwel kienu jsibulu laqam. Is-Societa’ Filarmonica San Michele mill-ewwel laqqmuha “ Tal-Bajda “. Dan hemm min jorbtu mal-fatt li mat-twaqqif taghha ttellghet bandiera bajda biex turi l-indipendenza taghha mill-kazin rivali tar-rahal. Hemm diversi verzjonijiet ohra, pero minn studju li sar juri bic-car li l-laqam gie minn bandiera bajda bil-burdura hadra u bit-tarka f’nofsha. Fl-anglu kien hemm l-ittri “ Q.U.D.” li jfissru “Quis ut Deus” jigifieri “Min bhal Alla?” Dawn l-ittri malajr gew imdawwra ghal “Kukka” u eventwalment “Tal-Bajda”.
Il-hila u l-kuragg li dejjem wrew il-kumitati flimkien mal-bandisti u l-imsehbin matul iz-zminijiet, zammew din l-Ghaqda dejjem hajja anke fl-aktar zmien mwiegher ta’ l-ahhar gwerra dinjija.Dan tixhdu kitba pubblikata fil- “Il-Berqa” tal-Gimgha 10 ta’ Settembru 1943 fejn tghid:
“Bosta ghaqdiet muzikali kienu mgielgha jaghalqu l-kazini taghhom.. Kazini ohra baqghu miftuha u komplew bl-attivita’ taghhom.
“Wahda minn dawn hija l-Ghaqda Muzikali San Mikiel ta’Haz-Zabbar.Ghalkemm tliet kwarti mill-kazin ta’ l-Ghaqda kien imgarraff fil-hbit mill-ajru, il-kumitat, il-bandisti u l-imsehbin kollha, baqghu jiltaqghu fl-intrata u fil-persjana, postijiet wahdanin li kienu baqghu shah..”
Ta’ min jghid li lejliet il-festa , nhar il-11 ta’ Settembru ta’ din l-istess sena, il-Banda San Mikiel kienet l-unika banda li hadet sehem fit-Te Deum quddiem il-knisja u fit-toroq madwar Haz-Zabbar.
Bla dubju ta’ xejn l-akbar avveniment ghalina z-Zabbarin sehh nhar it-2 ta’ Settembru 1951.Grajja li tibqa mfakkra minn generazzjoni ghall-ohra.F’ dan il-jum hekk ghaziz ghalina lkoll, giet inkurunata x-xbieha mirakoluza tal-Madonna tal-Grazzja. Xewqa li kienet ila tberren f’ mohh kull Zabbari sa mill-eqdem zminijiet. Dak inhar iz-Zabbarin ferhu, ghax bis-sahha tad-deheb taghhom u ta’ flushom, kienet sehhet l-akbar u l-ghezez grajja fl-istorja religjuza u socjali f’ Haz-Zabbar.
Il-Banda San Mikiel kellha sehem kbir f’ dan l-avveniment. Nhar l-1 ta’ Settembru 1951, lejliet l-Inkurunazzjoni, il-banda daqqet ghall-ewwel darba l-Innu Klassiku u Ufficjali ta’ l-inkurunazzjoni taht id-direzzjoni tas-Surmast Adeodato Gatt. Dan l-innu, li hareg mill-pinna ta’ Mro. Giuseppe Casapinta b’ versi ta’ Karmenu Ellul Galea, gie rregalat lil Ghaqda taghna mill-Kappillan ta’ dak iz-zmien, il-W.R. Dun Guzepp Zarb b’ kuntratt notarili li sar nhar it-8 ta’ Awissu 1951 ghand in-nutar Dr.John Micallef Trigona. Dan ifisser li l-Ghaqda taghna biss ghandha d-drittijiet kollha fuq dan l-innu u ghalhekk ma jistax jindaqq minn l-ebda banda ohra.
Kemm tixraqlek O helwa Madonna
Lejk Marija-Dawl, Tama u Sabbara-
Dan il-jum hekk ghaziz baqa’ jitfakkar ta’ kull sena. Fis-sena 2001, f’ gheluq il-50 sena ta’ l-inkurunazzjoni, il-poplu Zabbari rega ngabar f’ riglejn Ommna tal-Grazzji, din id-darba biex madwar ras il- Madonna jitpogga stellarju ta’ 12-il stilla tad-deheb. Ghal din l-okkazzjoni, nhar l-Erbgha 22 ta’ Awissu 2001, l-Banda San Mikiel taht d-direzzjoni tas-Surmast David Agius, esegwiet programm Vokali u Strumentali gewwa s-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja. Ghal din l-okkazzjoni, is-Surmast Agius ikkompona Kantata lil Ommna Marija Santissima tal-Grazzja filwaqt li l-lirika saret mis-Sur Karmenu Ellul Galea.
Is-Sliem Ghalik Glorjuza Vergni Mbierka
Iz-zmien ghadda, u ta’ kull sena l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel baqghet tibni fuq il-pedamenti sodi li hallewla missirijietha. Baqghet tiggedded u taggorna ruhha maz-zminijiet.
|
|