fergha nisa |
|
Kien fil- festa ta’ Settembru ta’l- 1981, meta fl-indirizz tieghu, l- Kaxxier is-Sur Joseph Barun, wera x-xewqa li fi hdan il-Kazin San Mikiel, titwaqqaf Fergha Nisa. Komplew il-preparamenti ghal dan il-ghan u f’Mejju tas-sena 1982, gew avvicinati s-sinjuri Mary Barbara, Mary Borg, Pauline Darmanin, Emanuela Fenech, Veronica Mumford u Grace Pace. Dawn is-sinjuri kienu gew mitluba mill-President Dr. Grazio Ellul Galea, is-Segretarju s-Sur Frank Mumford u l-Kaxxier Guzeppi Barun biex jghinu halli titwaqqaf il-Fergha Nisa. Dawn accettaw u weghdu l-ghajnuna shiha taghhom ghalkemm kienu ghadhom mhux ufficjali ghar-raguni li ma kienx hemm bizzejjed membri biex tinholoq Fergha, ghalhekk qabel titiehed xi decizjoni, riedu javvicinaw l-ufficjali rgiel.
F’dan iz-zmien, il-Kumitat Rgiel kien avvicinhom biex ghac-celebrazzjoni tac-centinarju jirregalaw bandalora. Bl-ghajnuna tas-Sur F Mumford, J.Barun, u J Zerafa, wara hafna tahbit u giri, kien inbeda l-progett ghall-bandalora, fejn id-disinn kien sar senza interessi mis-Sur Mario Vella, membru tal-Kumitat rgiel u r-ragel ta’ Lucy Vella, li kienet parti mill-Fergha Nisa. Saru wkoll l-krucetti u l-pumi bl-idea tas-Sur Jimmy Zerafa, li jissimbolizzaw l-Arma Muzikali flimkien ma’ l-Ghajn ta’ San Mikiel. Ir-rakkmu fuq id-deheb u l-hjata sar mis-Sinjura Giordimaina li kienet mis-Siggiewi. Ghall-gheluq il-festa tac-centinarju, dawn in-nisa xtaqu li jkollhom mitt (100) membru mara u bl-ghajnuna t’Alla, dan il-ghan kien intlahaq ghax sat-3 ta’ Settembru kellhom mitt mara membru mal-Fergha Nisa, fejn kienu mistidnin ghall-okkazzjoni tal-ftuh tal-kazin fejn dakinhar giet rregalata l-bandalora. Kien wasal il-Hamis 22 ta’ Settembru meta sar l-ewwel tesserament tal-Fergha Nisa. Kien hemm bosta mistednin prezenti. Wara li l-presidenta kienet ghamlet kelmtejn ta’ l-okkazzjoni, tat l-ewwel rendikont ta’ attivitajiet tal-Fergha u wara tbierket il-bandolora mill-Kappillan tal-Kazin Dun Guzepp Ellul, wara gie mghoti ‘souvenir’ ta’ l-okkazjoni.
Wara li nghalqu l-festi tac-centinarju, kienet saret laqgha mill-Kumitat rgiel komposta mill- Vici President is-Sur Lawrence Buhagiar, s-Segretarju Vincent Buhagiar u l-Kaxxier Guzeppi Barun u min-naha tan-Nisa kienu prezenti kollha u kien sar qbil bejniethom illi l-Fergha tibqa’ taht il-Kumitat rgiel u kienu ser jittiehdu pariri legali halli l-pozizzjoni tal-membri nisa jsiru bhal dawk ta’ l-irgiel, fejn ghall-mewt ta’ membru jew familjari, titella’ coff jew bandiera mezz’asta, fi zwieg ta’ membru titella’ l-kuruna, ghal certi decizjonijiet, il-Kumitat rgiel ikun infurmat u l-finanzi jaqghu taht il-Kaxxier tal-Kazin. Il-Kummissjoni kienet sodisfatta hafna kif bdiet titmexxa’ l-Fergha u b’hekk kienet saret ufficjali. B’hekk b’naqra sagrificcju, kienet ghaddiet l-ewwel sena taghhom u ghalhekk kienet xoljiet biex tkun tista’ tahtar il-Fergha Nisa ghas-sena 1984. Kienet nhatret Presidenta Grace Pace, Vici Presidenta Veronica Mumford, Segretarja Mary Buhagiar, Assistenta Segretarja Joyce Muscat, Kaxxiera Mary Barbara, Assistenta Kaxxiera Polly Darmanin, Organizzatur Mary Borg u membri Doris Barbara u France Vella. Minn hemm ‘il quddiem, il-Fergha Nisa, baqghet dejjem thares ‘il quddiem u tikber u f’ dawn il-25 sena mit-twaqqif taghha, ghamlet bosta affarijiet biex tghin u ssebbah il-kazin.
Fosthom nsibu :- F’Ottubru tal-1984, harget Lm 100 ghall-istatwa ta’ San Mikiel
Illum il-gurnata, 25 sena wara, il-Fergha Nisa tikkonsisti minn 8 membri li huma: Presidenta Doris Barbara, Segretarja Josianne Scerri, Kaxxiera Rita Busuttil, Membri Ruth Mizzi, Elysia Cohen, Consiglia Grech, Rita Schembri u Rosienne Curmi. Bhala xoghol, baqa’ jsir hafna, fejn hafna mix-xogol li sar imsemmi aktar ‘il fuq u ghad hemm xoghol li minn sena ghal ohra baqa’ jkun fil-kalendarju tal-Fergha Nisa, biex jibqu jwettqu l-weghda li kienet saret 25 sena ilu, li jghinu u jaghtu sehem taghhom lejn il-kazin. Tant huwa hekk, li qed jidhlu bil-herqa ghall-certi sfidi li qed jhabbtu wicchom maghhom.
F’dawn l-erbgha kelmiet tajt tgharif ta’ kif bdiet il-Fergha Nisa, minn kien il-mohh warajha biex tinbena u tax-xoghol li taghmel bhala Fergha u minn hawn niehu l-opportunita’ nirringrazzja ‘l dawk il-membri li llum m’ghadhomx maghna biex niccelebraw dan l-anniversarju imma nghajdilhom li huma jibqu dejjem fil-qalb taghna u tal-Fergha Nisa u nawguralhom il-mistrieh ta’ dejjem, u nixtieq nirringrazza wkoll lil dawk il-membri kollha li f’xi zmien ghamlu parti mill-Fergha taghna u fl-ahhar u mhux l-inqas, lil Kumitat ta’ l-1983 u l-Kumitat prezenti nghidilkom Grazzi mill-qalb ta’ kollox.
|
|
![]() |
|
![]() |
|
![]() |
|
![]() |
|
![]() |
|
![]() |
|