Laqgħa Ġenerali Annwali
Nixtiequ ninfurmaw li sejra tinżamm il-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-Għaqda tagħna nhar il-Ħadd 6 ta’ Novembru 2011 fid-9.30am fis-sala tal-każin. F’każ ta’ nuqqas ta’ kworum, il-Laqgħa tibda nofs siegħa wara bil-membri preżenti.
Aġenda:
Qari tal-Minuti tal-aħħar Laqgħa Ġenerali;
Rapport Amministrattiv;
Rendikont Finanzjarju minn April sa Settembru 2011;
Diskors mill-President;
Xoljiment tal-Kumitat Ċentrali 2010/11
Ħatra tal-Kumitat Ċentrali 2011/12
Affarijiet Oħra
Kull min hu nteressat li jikkontesta jew jinnomina lil xi persuna għall-Kumitat Ċentrali 2011/12 huwa mitlub li jagħmel dan billi jniżżel id-dettalji fuq il-karta li saret bin-nominazzjonijiet fuq in-notice board għall-Kumitat Ċentrali 2011/12.
N.B. Il-membri li jattendu għal din il-Laqgħa Ġenerali jridu jkunu aġġornati fil-menswalità sas-sena 2011.