|
Is-Surmast David Agius twieled fl-4 ta’ Settembru 1971. Beda l-istudju tal-muzika meta kellu biss seba’ snin fil-kazin tal-Banda San Mikiel ta’ Haz-Zabbar, ghand is-Surmast Charles Wallace Suda. Hareg idoqq ghall-ewwel darba mall-Banda San Mikiel fl-1982 u l-istrument tieghu huwa l-klarinett. Wara biss sentejn li hareg idoqq il-kumitat tal-Banda San Mikiel ghamlu Solista, Is-Surmast Agius ha sehem f’diversi kuncerti importanti kemm mall-Banda kif ukoll ma’ orkestri. Kien ukoll muzicista permanenti tal-Banda Nazzjonali meta din kienet imwaqqfa f’Malta.
David kompla jistudja u wasal sal-Grade 8 tar-Royal Schools of Music ghand Mro. John J. Pace u baqa jikseb ukoll successi fl-iskola Johann Strauss fejn kiseb ukoll l-oghla marki fl-ezamijiet li jsiru f’din l-iskola. F’din l-iskola kien jiehu lezzjonijiet ghand Mro. C. Monreal. Aktar tard David Agius gie avvicinat mill-kumitat tal-Banda San Mikiel biex jghallem l-istrumenti tal-injam fl-istess kazin. Ftit wara gie mahtur ufficjalment bhala l-Assistent Surmast ta’ din l-istess Banda. Inhatar Surmast mall-Banda Re Gorg V nhar it-23 ta’ Marzu 1997. Kompla javvanza fl-istudji tieghu, kemm fil-prattika kif ukoll fit-teorija ghand diversi ghalliema fosthom Mro. Ronnie Debattista u Freddie Mizzi. Dawn l-istudji wassluh biex jikseb bl-unuri kollha d-Diplomi A.Mus. V.C.M. (Hons.); A. Mus. L.C.M. u l-A.L.C.M.
David Agius illum il-gurnata huwa maghruf sewwa fil-qasam bandistiku Malti, l-aktar ghall-ghadd ta’ marci li kkompona fosthom il-famuzi Santos, Al Pacino, Amoros u Censinos. Fir-repertorju ta’ dan is-Surmast huwa estenda biex ikkompona kompozizzjonijiet diversi fosthom ‘Festive Fantasy’, Id-Domma ta’ l-Assunta, Kantata ghal Sidtna Marija Omm tal-Grazzja , Musical Impressions, Glorious Overture u hafna ohrajn. Mro. Agius kien tella’ Serata ta’ Musicals flimkien mall-Orkestra b’arrangamenti tieghu stess.
Is-Surmast Agius, fl-1996 gie mahtur Assistent Surmast tal-Banda Santa Elena ta’ B’Kara u fl-20 ta’ Marzu 1999, gie mahtur Surmast Direttur tal-Banda tal-Partit Laburista, liema karigi ghadu jokkupa sal-llum. Fis-sena 2000, David gie mahtur Surmast Direttur tal-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel. Mro. David Agius iddistingwa ruhu wkoll internazzjonalment meta mexxa l-Banda San Mikiel u l-Banda Re Gorg V f’kuncerti barra minn xtutna. Dawn kienu jinkludu kuncert gewwa l-Isvizzera li nstema dirett fuq stazzjon nazzjonali tar-radju, f’kompetizzjoni tal-Baned gewwa l-Polonja fejn il-Banda San Mikiel kisbet it-tieni post minn ghaxar baned u gewwa l-Italja fejn il-Banda Re Gorg V daqqet f’udjenza mall-Papa. Fil-hajja professjonali tieghu David Agius jokkupa l-kariga ta’ Senior Broker ma’ Kumpanija ta’ l-Assikurazzjoni.
David Agius huwa mizzewweg lil Antonella, li hi wkoll muzicista. Huma jghixu gewwa r-Rabat, Malta u ghandom tlett itfal, Myron Jose’, Kieran u Quivan. |