Safar

Matul iz-zminijiet, il-Banda San Mikiel kellha hafna okkazzjonijiet  biex ssemma lehinha , tista tghid madwar il-gzejjer Maltin kollha. Izda mhux biss. Kienu diversi l-pajjizi li fihom giet mistiedna l-banda biex taghti s-servizz taghha. Sal-lum, hija l-unika Banda Zabbarija li waslet biex tittimbra l-passaport taghha biex turi t-talenti taghha fuq livell internazzjonali.

Id-Disa’ Safriet tal-Banda San Mikiel

 

L-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel halliet xtutna ghal diversi dawn l-ahhar snin biex gholliet l-isem ta’ Haz-Zabbar fuq pedestall billi tat is-sehem taghha fil-qasam muzikali u kulturali internazzjonali. Ta’ min wiehed jinnota li l-Banda San Mikiel hija l-unika Banda Zabbarija li daqqet lil hinn mill-Gzejjer Maltin. Fil-qosor se naghti xi dettalji tal-pajjizi, festi, kompetizzjonijiet u taghrif generali iehor ta’ fejn marret iddoqq il-Banda taghna.

 

L-Ewwel Safra: Provincja ta’ Catania, Tre Castagni fi Sqallija ghall-Festa tat-tliet ahwa Qaddisin Martri San Alfio, San Cirino u San Filadelfio.

Dati: mis-7 sat-12 ta’ Mejju 1991

Il-Banda San Mikiel tellghet tliet Programmi Muzikali u diversi marcijiet mat-toroq tal-villagg Tre Castagni.

 

It-Tieni Safra: Agrigento fi Sqallija ghall-Festival Mandorlo in Fiore.

Dati: mis-6 sat- 13 ta’ Frar 1994

Il-Banda San Mikiel ghamlet diversi marcijiet u Programm Muzikali vicin it-tempju Della Concordia.

 

It-Tielet Safra: Wara s-success miksub gewwa Agrigento go Sqallija, il-Banda San Mikiel regghet giet mistiedna fl-istess Belt (Agrigento).

Dati: mit-3 sa l-10 ta’ Frar 1995

Ghal darb’ohra, il-Banda San Mikiel ghamlet diversi marcijiet u Programmi vicin it- tempju Della Concordia.
 
Ir-Raba’ Safra: Ruma u Fornavo Taro f’Parma gewwa l-Italja.

Dati: mid-29 ta’ Gunju sas-6 ta’ Lulju 1996

Il-Banda San Mikiel irregistrat wiehed mill-avvenimenti li certament se jibqa’ mmarkat b’ittri tad-deheb fl-istorja ta’ l-Ghaqda taghna. Dan ghaliex il-Banda taghna kellha udjenza mal-mibki Papa Gwanni Pawlu II fis-Sala Nervi gol-Belt tal-VatiKan. Il-President ta’ l-Ghaqda ta’ dak iz-zmien is-Sur Lawrence Buhagiar, flimkiem ma’ l-ex Kappillan Dun Kalcidon Vassallo, ipprezentaw xbiha tal-Madonna tal- Grazzja lill-Papa. Wara, l-Banda daqqet l-Innu tal-Papa u l-Innu Nazzjonali Malti. Wara nofsinhar tlaqna ghall-Belt ta’ Parma fejn il-Banda tellghet zewg Programmi Muzikali b’success kbir.

 

Fuq stedina tal-Kumitat ta’ l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ta’ dak iz-zmien, il-Banda Di Fornovesa ta’ Parma tat is-servizz taghha fil-Festa tal-Madonna tal-Grazzja nhar is-Sibt 14 ta’ Settembru 1996. Dakinhar kien Jum il-Festa u filghaxija, din il-Banda mistiedna daqqet diversi marcijiet minn Triq is-Santwarju sal-Kazin ta’ l-Ghaqda taghna, fejn wara esegwiet Program Muzikali fil-Pjazza Misrah is-Sliem quddiem il-Kazin.

 

Il-Hames Safra: Ateni, Belt Kapitali tal-Grecja.

Dati: mill-10 sas-17 ta’ Ottubru 1997

Il-Banda San Mikiel tellghet diversi marcijiet mal-belt ta’ Ateni li paxxew il-widna ta’ dawk kollha prezenti. Il-Griegi apprezzaw il-livell gholi ta’ muzika u dixxiplina ta’ din il-Banda Popolari Zabbarija.

 

Is-Sitt Safra: Belt ta’ Monastir gewwa t-Tunezija.

Dati: mill-21 sat-28 ta’ Gunju 1998

Il-Banda tat is-sehem taghha b’diversi marcijiet u Programmi Muzikali fil-Belt ta’ Monastir fejn l-attendenza ghalihom kienet wahda numeruza sew.

 

Is-Seba’ Safra: Belt ta’ Lugano, Svizzera.

Dati: mid- 29 ta’ Gunju sa l-4 ta’ Lulju 2000

Il-Banda San Mikiel ghamlet diversi Programmi Muzikali u marcijiet gewwa dil-Belt sabiha Svizzera, Lugano. Kien ta’ unur u prestigju kbir ghall-Banda taghna li gejna mistiedna biex niehdu sehem ghall-Festa Nazzjonali ta’ l-Indipendenza ta’ Lugano.

It-Tmien Safra: Festa ta’ San Mikiel Arkanglu, Provincja ta’ Palazzo Acriede, Sqallija.
 
Dati: mit- 30 ta’ Settembru sas-6  ta’ Ottubru 2004

Il-Banda taghna daqqet diversi marcI mat-toroq ta’ din il-Belt, fejn akkumpanjat ukoll il-Purcissjoni ddedikata lill-Patrun tal-Banda San Mikiel.

 

Id-Disa’ Safra: Provincja ta’ Rybnic, Polonja.

Dati: Mit-8 sal-15 ta’ Gunju 2005

Il-Banda San Mikiel daqqet diversi marci u Programmi Muzikali ma’ ghadd ta’ baned mistiedna ohram inn madwar id-dinja. B’kollox kien hemm ghaxar baned u fil-festival li gie organizzat, kien ta’ unur u soddisfazzjon immens ghalina li gejna kklasifikati fit-tieni post. Certament li din kienet okkazjoni ohra fejn l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel gholliet mhux ftit isem Beltna Hompesch. Aktar minn hekk, apparti isem Haz-Zabbar, din id-darba rnexxielna wkoll intajru fl-gholi l-bandiera ghaziza taghna l-Maltin.


Mill-bidunett tat-twaqqif ta’ din l-Ghaqda Muzikali 125 sena ilu, sal-gurnata tal-lum, l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel issoktat bil-hidma taghha biex tkompli tkattar aktar successi. Din il-Banda minn dejjem kellha Surmastrijiet abbli u kappacissimi li tellghu isimha ‘l fuq nett fil-lista tal-baned Maltin, tradizzjoni li ghadna nzommuha sal-lum bil-hila tas-Surmast Direttur attwali, il-bravu Mro. David Agius. Bil-hila wkoll tal-Kumitati habrieka li din l-Ghaqda kellha jmexxuha tul l-istorja glorjuza taghha fil-qalba tal-Misrah gewwa Haz-Zabbar, l-isem ta’ l-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel ha jibqa’ bir-ragun kollu mfakkar bhala l-ewwel, u sal-lum l-unika, Banda Zabbarija li ttimbrat il-passaport taghha biex turi t-talenti muzikali li thaddan fiha u tkejjel lilha nnifisha fuq livell internazzjonali. Dawn id-disa’ safriet huma gawhriet fl-istorja mhux biss ta’ l-Ghaqda taghna, imma wkoll ta’ Haz-zabbar. Ghalhekk kull Zabbari ghandu jkun ferhan u kburi bis-successi miksuba lil hinn minn xtutna minn din l-Ewwel Banda Zabbarija.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 


special offer