il-banda san mikiel |
|
Ghal habta ta’ l-1883, is-Surmast Giuseppe Micallef flimkien ma’ Dun Vincenz Pace, gabar xi zghazagh u waqqfu s- Societa’ Filarmonica del Zabbar. Il-fundatur, promotur u aktar tard President ta’ din is-Socjeta’ kien l-avukat Pasquale de Lorenzo. Mal-poplu, dan l-avukat kien mizmum bhala habib tan-nies kollha u kien protettur tal-fqar, kif ukoll nisrani ta’ veru. It-tghalim tal-muzika lil dawn iz-zghazagh sa mill-1870 u aktarx qabel, minn Mro. Carmelo Abela Scolaro jawtentika l-hsieb jew l-ezistenza ta’ xi istituzzjoni jew socjeta’ muzikali f’Haz-Zabbar. Dawn iz-zghazagh, skond ma jaghti x’jifhem Mro. Giuseppe Micallef stess, kienu minn naha tal-Misrah. Dan ikompli jixhed kemm tassew din il-pjazza antika tal-Misrah barra li hija l-qalba tar-rahal li minnha fl-imghoddi imbieghed u izjed qrib, hargu l-arterji li kabbru u taw is-sahha lil Haz-Zabbar, hi wkoll l-ghajn u l-gnien li fiha fetah u trawwem l-ewwel inwar muzikali .
Din il-banda, bhall-baned kollha li kienu jitwaqqfu fl-irhula, damet xi snin maghrufa bhala l-banda tar-rahal. L-ewwel baned li jitwaqqfu kienu jitghammdu bl-isem ta’ rahalhom. Fl-1887 sehhet firda, b’uhud mill-bandisti flimkien mal-kumitat, riedu lill-bravu Mro. Abela Scolaro bhala Surmast Direttur, filwaqt li xi bandisti ohra riedu jibqghu taht is-Surmast Giuseppe Micallef. B’rizultat ta’ dan, ir-rahal ta’ Haz-Zabbar safa b’ zewg baned. F’din il-tilwima, il-kumitat u il-bandisti li ghazlu lis-Surmast Carmelo Abela Scolaro, baqghu fl-istess Sede gewwa l-misrah, kif ukoll zammew l-isem originali dak ta’ Societa’ Filarmonica del Zabbar, wara bhala Societa Filarmonica San Michele, aktar tard Ghaqda Muzikali San Mikiel u llum Ghaqda Madonna tal-Grazzja, Banda San Mikiel.
Sa tmiem is-seklu 19 u sa ftit wara l-ahhar gwerra dinjija l-baned kollha, izjed kienu jissemmew bil-laqam milli bil-propju isem taghhom.Kull banda jew kazin li jitwaqqaf mill-ewwel kienu jsibulu laqam. Is-Societa’ Filarmonica San Michele mill-ewwel laqqmuha “ Tal-Bajda “. Dan hemm min jorbtu mal-fatt li mat-twaqqif taghha ttellghet bandiera bajda biex turi l-indipendenza taghha mill-kazin rivali tar-rahal. Hemm diversi verzjonijiet ohra, pero minn studju li sar juri bic-car li l-laqam gie minn bandiera bajda bil-burdura hadra u bit-tarka f’nofsha. Fl-anglu kien hemm l-ittri “ Q.U.D.” li jfissru “Quis ut Deus” jigifieri “Min bhal Alla?” Dawn l-ittri malajr gew imdawwra ghal “Kukka” u eventwalment “Tal-Bajda”.
Il-Banda San Mikiel minn dejjem kellha Surmastijiet li ghamlulha gieh. Fosthom insemmu lil Mro. Carmelo Abela Scolaro, Mro. Giuseppe Micallef, Mro. Antonio Micallef, Mro. Hector Dalli, Mro. Adeodato Gatt, il-princep tal-marci Maltin Mro. Luigi Bongailas, Mro. Twanny Chircop u aktar ricenti Mro. John J. Pace u Mro Charles Wallace Suda fost ohrajn.Ma nistghux ma’ nsemmux lil bravu Mro. David Agius li hu s-Surmast attwali ta’ din il-Banda.
U la qed nitkellmu fuq il-banda ma nistghux ma nsemmux xi avvenimenti mportanti li komplew ghollew isem il-Banda San Mikiel.
Safejn hu maghruf ufficjalment, il-Banda San Mikiel kienet l-ewwel Banda Maltija li bdiet tilqa lin-nisa fi hdana. Fl-1954, fost il-bandisti, kellha lil Grace Barnett. Kienet iddoqq l-euphonium. Damet iddoqq mal-Banda sa April 1956.
Il-Banda San Mikiel kienet ukoll wahda mill-ewwel baned Maltin wara l-King’s Own li daqqet fil-pubbliku l-Innu Nazzjonali miktub minn Dun Karm Psaila u mmuzikat mill-kirurgu maggur Robert Sammut. Dan sehh nhar lejlet il-festa tal-Madonna tal-Grazzja, is-Sibt 10 ta’ Settembru 1938 fil-Pjazza Prince of Wales, illum Misrah is-Sliem, taht id-direzzjoni ta’ Mro. Giuseppe Deguara.
Matul iz-zminijiet, il-Banda San Mikiel kellha hafna okkazzjonijiet biex ssemma lehinha , tista tghid madwar il-gzejjer Maltin kollha. Izda mhux biss. Kienu diversi l-pajjizi li fihom giet mistiedna l-banda biex taghti s-servizz taghha. Sal-lum, hija l-unika Banda Zabbarija li waslet biex tittimbra l-passaport taghha biex turi t-talenti taghha fuq livell internazzjonali.
Fl-1991 - Mis-7 sat-12 ta’ Mejju - Gewwa Tre Castagni fi Sqallija Fl-1994 - Mis-6 sat-13 ta’ Frar - Gewwa Agrigento fi Sqallija Fl-1995 - Mit-3 sa l-10 ta’ Frar - Ghal darb’ ohra f’Agrigento fi Sqallija Fl-1996 - Mid-29 ta’Gunju sas-6 ta’ Lulju -Gewwa Ruma u Parma fl-Italja Fl-1997 - Mill-10 sas 17 ta’ Ottubru - Gewwa Ateni fil-Grecja Fl-1998 - Mill-21 sat-28 ta’ Gunju - Gewwa Monastir it-Tunezija Fl-2000 - Mid-29 ta’ Gunju sa l-4 ta’ Lulju - Gewwa Lugano fl-Isvizzera Fl-2004 - Mit-30 ta’ Settembru sas-6 ta’ Ottubru - Gewwa Palazzo Acriede fi Sqallija Fl-2005 - Mit-8 sal-15 ta’ Gunju - Gewwa Rybnic fil-Polonja
Kull safra li kellha l-Banda kienet esperjenza sabiha, izda bla dubju ta’ xejn l-udjenza li l-Banda San Mikiel kellha mal-mibki Papa Gwanni Pawlu II fis-Sala Nervi gewwa l-Belt tal-Vatikan fl-1996 ser tibqa tissemma u mfakkra matul is-snin. Hemmhekk il-banda daqqet l-Innu tal-Papa kif ukoll l-Innu Nazjonali Malti.
Sa mill-bidu tat-twaqqif taghha, l-Banda San Mikiel minn dejjem kellha element ta’ bandisti li spikkaw. Hargu minnha l-aqwa muzicisti.Dan jikkonfermawh ir-rizultati miksuba minn zmien ghall-iehor mill-bandisti tal-post, fil-Gara Muzikali li ta’ kull sena tigi organizzata mill-Ghaqda Kazini tal-Baned.Bizzejjed nghidu li bejn is-sena 1989 u s-sena 1997 il-Banda San Mikiel u l-bandisti taghha gew klassifikati 8 darbiet l-ewwel. |
|
![]() |
|
![]() |
|