hrug tal-vara min-nicca |
|
6.00pm Ċelebrazzjoni Penitenzjali bis-sehem ta’ saċerdoti barranin fis-Santwarju 7.00pm Quddiesa bis-sehem tar-reffiegħa, fratelli, grupp tal-armar u helpers li jgħinu fil-festa. 7.30pm Iż-żewġ soċjetajiet mużikali jdoqqu flimkien Innijiet Marjani: jibdew minn Misraħ is-Sliem, jgħaddu minn Triq il-Kbira, għal Triq is-Santwarju. Il-baned ikunu quddiem is-Santwarju (taħt iz-zuntier) fit-8.00pm. 8.00pm Il-Madonna tintrefa’ minn postha. Sakemm tasal taħt il-portiku tas-Santwarju jitkantaw innijiet popolari marjani mill-kor parrokkjali (li jkun fil-gallarija tal-orgni) Malli l-Madonna toħroġ taħt il-portiku u jispiċċaw l-innijiet mill-Kor, il-Baned jilqgħu lill-Madonna bl-Innu ‘Ilqagħha t-Tislima’ (Ave Maria). Tindaqq għall-ewwel darba l-Ave Maria mis-sett il-ġdid tal-qniepen. Ħsieb mill-Kappillan Qari ta’ silta mill-Evanġelju (Lq 1, 26-28) Il-baned idoqqu l-Innu ‘O Marija Fawwara tal-Grazzji’, akkumpanjati bil-kant minn Charles Vincenti. Malli l-Madonna tidħol lura fil-Knisja, titkanta l-Antifona (ta’ Galea) mill-Kor Parrokkjali. |
|