festa san mikiel

Sa minn zmien il-Kavallieri, id-devozzjoni lejn dan l-Arkanglu Qaddis kienet kbira u peress li l-Ordni ta’ San Gwann xerred din id-devozzjoni u kienu joqoghdu ghal xi zmien il-Birgu, Haz-Zabbar kien wiehed mill-ewwel irhula li tkattar minn din id-devozzjoni. Fl-1716, fis-Santwarju kien twaqqaf l-artal f’ gieh San Mikiel Arkanglu u aktar tard, fl-1757 twaqqfet il-Fratellanza bl-Istandard ta’ San Mikiel u muzzetta hadra.

Din il-fratellanza bdiet torganizza l-festa tal-Qaddis mil-gbir tad-devoti. Ftit wara, fl-1882, saret l-istatwa li naraw illum mill-istatwarju Karlu Darmanin ta’ l-Isla. Mal-firda fil-kazini tal-baned, is-‘Societa’ Filarmonica San Michele’, bdiet taghti sehemha wkoll fil-festa ta’ San Mikiel flimkien mal-fratellanza u b’hekk intrabtu flimkien. Fil-fatt, ghalkemm l-Ghaqda qieghda taht il-patrocinju ta' Ommna Marija, Omm tal-Grazzji, il banda ghadha taht l-isem San Mikiel u ghadha ticcelebra l-festa tal-Qaddis, hadd qabel id-29 ta’ Settembru. 

Fis-sena 2007 l-knisja inawgurat Kopletta gdida Ta' San Mikiel impittra mill-pittur Zejtuni Is-Sur Twanny Spagnol xoghol mill-aqwa jixraq il-Santwarju Grandjuz u Msebbah bhal taghna Zabbarin

 

Is-sena 2009 tfisser li l-Istatwa ta San Mikiel li tinsab gewwa il-kazin tal-Ghaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel tghalaq 25 sena fostna.

Programm Festa ta` San Mikiel Arkanglu

Il-Gimgha 25 ta` Settembru 2009
8:00pm marc qasir madwar iz-zewg pjazez taghna mill-Banda San Mikiel u wara Get Together fil-bitha tal-kazin ghall-voluntiera li hadmu fil-kazin u bandisti tal-post

 

Is-Sibt 26 ta` Settembru  2009
8.00pm Ikla Familjari fil-bitha tal-kazin  mistieden specjali Cherizian Falzon, Crystal Ellul. Waqt l-ikla jintwera d-DVD tal-Festa tal-Madonna tal-Grazzja fuq big Screen.
Kulhadd mistieden ghal- booking 79011784


Il-Hadd 27 ta` Settembru 2009

Quddiesa ta` San Mikiel fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fl` 10.15am bis- sehem tal- Banda San Mikiel flimkien mal-kor Notre Damme


Filghaxija Marc fis-6.30pm mill-Banda San mikiel akkumpanjata bl-istatwa ta` San Mikiel Arkanglu li jghaddi min dawn it- toroq Misrah San Gakbu, Santa Marija u Astarita, San Guzepp Xghajra str, Felice, Triq is- Santwarju u triq il-Kbira sal-Kazin

 

Programm ta` Nar  ghall-San Mikiel
murtali u murtaletti u kaxxi tal- kulur matul il- festa ta` San Mikiel.
Migbura mill- Kummissjoni Nar u Armar AD 1976.

 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 
 


special offer