Programm Festa San Mikel 2011
Prinċep tas-Sema u Patrun tal-Banda Tagħna
Il-Ġimgħa 23 ta’ Settembru 2011 fit-8.00pm: DVD Launch Festa 2011 ġewwa l-każin.
Is-Sibt 24 ta’ Settembru 2011 fit-8.00pm: Ikla Familjari bi Spettaklu ġewwa l-Bitħa tal-Każin b’varjeta ta’ laħam, ħut jew tiġieġ għall-prez ta’ €15.00 il-kbar u €5.00 iż-żgħar. Divertiment garantit bl-aqwa talent lokali u l-mistieden speċjali l-kantant popolari rebbieħ tal-Malta Song for Europe ta’ din is-sena Glenn Vella.
Il-Ħadd 25 ta’ Settembru 2011 fl-10.15am: Quddiesa ta’ San Mikiel fis-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja bis-sehem tal-Banda San Mikiel flimkien mal-Kor Notre Dame. Wara l-Quddiesa se jiġi nawgurat mill-ġdid l-artal ta’ San Mikiel wara li ġie restawrat. Dan ir-restawr tħallas mill-President tal-Għaqda s-Sur Brian Spiteri u s-Sur Keith Caruana.
Fis-7.00pm: Marċ mill-Banda San Mikiel, akkumpanjat bl-istatwa artistika ta’ San Mikiel maħduma mill-Kavallier Alfred Camilleri Cauchi. Il-marċ jibda minn fejn l-arblu l-kbir fi Triq il-Mina ta’ Hompesch fejn jinħarqu diversi murtali, murtaletti, murtali bil-logħob, blalen u kaxxa nfernali spettakolari. Il-marċ ikompli fi Triq il-Labour, Triq il-Vitorja, Triq Bajada, Misraħ is-Sliem, Misraħ San Ġakbu, Triq Santa Marija, Triq Salvu Astarita, Triq San Ġużepp, Triq ix-Xgħajra, Triq Wied il-Għajn, Triq is-Santwarju, Triq il-Kbira u jispiċċa f’Misraħ is-Sliem quddiem il-każin fil-11.00pm.