Programm Festi Esterni 2011

 

L-Erbgħa 31 ta’ Awwissu

7.30pm: Quddiesa ta’ preparazzjoni għall-Festa tal-Madonna tal-Grazzja 2011 ġewwa l-bitħa tal-każin b’dedika lill-voluntiera u għal ruħ is-soċi li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem mill-festa li għaddiet, fejn wara jsir it-tberik u l-ftuħ uffiċjali tal-bitħa l-ġdida tal-Għaqda tagħna.

 

Il-Ħamis 1 ta Settembru

7.00pm: Bandisti taż-żewġ baned Żabbarin jingħaqdu flimkien f’banda waħda u jibdew marċ b’innijiet Marjani minn quddiem is-Sede tal-Għaqda tagħna għal Triq il-Kbira u Triq is-Santwarju.

8.00pm:  Ħruġ tal-Vara tal-Madonna tal-Grazzja min-Niċċa.

 

Il-Ġimgħa 2 ta Settembru

5.00pm:   Bandisti taż-żewġ baned Żabbarin jingħaqdu flimkien f’banda waħda waqt il-Korteo li jakkumpanja lis-saċerdot novell Reverendu Dun Stephen Magro mid-dar tiegħu fi Triq il-Qoton sas-Santwarju.

8.30pm:  Attivita` brijuża ħadranija fil-bitħa tal-każin, fejn jindaqqu l-aktar marċi popolari ta’ kull żmien mal-partitarji numerużi Bajdisti fost atmosfera mill-aqwa, bis-sehem ta’ Shakin Music Entertainment.

 

Is-Sibt 3 ta Settembru

8.30pm:   Ikla Familjari bi spettaklu mill-aqwa fil-Misraħ quddiem il-Każin tal-Għaqda tagħna, bis-sehem tal-aqwa talent lokali flimkien mal-mistiedna speċjali William Mangion Mascoli u l-kantant tas-CD Dominic Cini. Tippreżenta s-serata Crystal Ellul. Divertiment garantit f’atmosfera ill-aqwa.

 

It-Tnejn 5 ta Settembru

8.00pm:  Kunċert Vokali u Strumentali f’Misraħ is-Sliem fuq il-Planċier tal-Għaqda f’għeluq is-60 Sena Anniversarju tal-Inkurunazzjoni tax-Xbieha Titulari tal-Madonna tal-Grazzja l-10 Snin mit-Tqegħid tal-Istellarju. Dan il-Kunċert popolari u mistenni miż-Żabbarin din is-sena se jkun maqsum fi 3 partijiet, bis-sehem ta’ bosta kantanti fejn il-qofol jintlaħaq bid-daqq tal-Innu Klassiku Uffiċjali tal-Inkurunazzjoni, kompożizzjoni ta’ Mro Ġużeppi Casapinta u lirika ta’ Karmenu Ellul Galea. Mal-Banda jingħaqad il-Kor Bel Canto taħt id-direzzjoni ta’ Mro Hermann Farrugia Frantz, it-Tenur Charles Vincenti u l-Baritonu Alfred Camilleri. Jippreżentaw din is-serata Etienne Schembri u Rosianne Cutajar. Il-Banda tkun taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro David Agius A.Mus V.C.M. (Hons), A.(Mus) L.C.M., A.L.C.M. 

 

It-Tlieta 6 ta Settembru

8.30pm:  Marċ mill-banda mistiedna tagħna, il-Banda San Lawrenz tal-Birgu Il-marċ se jibda mill-Housing Estate, u jgħaddi minn Triq il-Mina ta’ Hompesch, Triq Sant’Antnin, Triq ir-Redentur, Triq Bajada, Triq Spadaro, Triq it-Tut, Triq il-Marloġġ, Triq San Ġużepp, Misraħ is-Sliem, Triq il-Grazzji, Triq is-Santwarju, Triq San Duminku, Triq il-Kbira sal-każin tal-Għaqda fejn jispiċċa fil-11.30pm.

 

L-Erbgħa 7 ta Settembru 

8.30pm:  Marċ mill-banda mistiedna tagħna, il-Banda Żejtun minn Triq is-Santwarju quddiem iċ-Ċentru Nazzjonalista, Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Bajada, Triq Ġ. A. Muscat, Triq it-Tut, Triq Nikol Biancardi, Triq Salvu Astarita, Triq Santa Marija, Misraħ San Ġakbu, Triq ix-Xgħajra, Triq Feliċe, Triq Strickland, Triq Santa Tereża, Triq is-Santwarju, Triq San Duminku, Triq il-Kbira u Misraħ is-Sliem fejn nispiċċaw quddiem il-każin fil-11.30pm.

 

Il-Ħamis 8 ta Settembru  (Festa Pubblika – Jum il-Vitorja)

8.00pm:  Marċ mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel li jibda minn quddiem il-każin f’Misraħ is-Sliem, Misraħ San Ġakbu, Triq iċ-Ċimiterju, Triq Wied il-Għajn, Triq A. Caligari, Triq il-Qaqoċċ, Triq is-Santwarju, Triq San Duminku, Triq il-Kbira u jispiċċa f’Misraħ is-Sliem quddiem il-każin. Hawn tittella’ l-istatwa tal-Madonna u San Mikiel fuq il-kolonna.

 

Il-Ġimgħa 9 ta Settembru

Marċ tal-Aħħar Salve

8.00pm:    Marċ brijuż u mistenni mill-partitarji Bajdisti, fejn l-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel tagħmel marċ akkumpanjat mill-briju spettakolari maħdum mit-talent tal-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti, flimkiem mal-istatwa artistika tal-Madonna tal-Assedju, xogħol is-Sur Dingli mir-Rabat. Nibdew il-marċ minn quddiem il-każin tagħna f’Misraħ is-Sliem, Misraħ San Ġakbu, Triq ix-Xgħajra, Triq Feliċe, Triq San Lawrenz, Triq is-Santwarju, Triq San Duminku, Triq il-Kbira, Misraħ is-Sliem fejn isir it-tlugħ tal-istatwa tal-Madonna tal-Assedju. Waqt u wara t-tlugħ ikum hemm logħob ta nar miġbur mill-Kummissjoni Nar u Armar.

 

Is-Sibt 10 ta Settembru

Marċ tat-Te Deum Lejlet il-Festa

10.15am: Tberik tal-Baned mill-Kappillan Dun Sebastjan Caruana quddiem is-Santwarju tal-Madonna tal-Grazzja fejn jindaqqu innijiet Marjani. Minn hemm naqbdu Triq l-Inkurunazzjoni, Triq Bajada sal-każin f’Misraħ is-Sliem.

 

11.00am: Marċ tradizzjonali, popolari u brijuż tat-Te Deum mill-Għaqda Madonna tal-Grazzja Banda San Mikiel minn quddiem il-każin, Misraħ San Ġakbu, Triq ix-Xgħajra, Triq Wied il-Għajn, Triq is-Santwarju, Triq il- Kbira u jispiċċa fit-3.00pm f’Misraħ is-Sliem quddiem il-każin. Il-Banda tkun akkumpanjata mill-kannizzata, kif ukoll minn briju kolossali u oriġinali maħdum mill-Kummissjoni Żgħażagħ Bajdisti.

 

8.00pm:  Il-banda mistiedna tagħna tas-Soċjeta` Mużikali San Ġużepp, Ħamrun se tagħmel marċ minn Misraħ is-Sliem, Misraħ San Ġakbu, Triq Santa Marija, Triq Salvu Astarita, Triq San Ġużepp, Triq ix-Xgħajra, Triq Feliċe, Triq Strickland, Triq San Lawrenz, Triq is-Santwarju, Triq San Duminku, Triq il-Kbira sa Misraħ is-Sliem fejn jittella’ Programm Mużikali fuq il-Planċier taħt id-direzzjoni tas-Surmast Mro John Ivan Borg sal-11.00pm.

 

11.00pm: Nar tal-ajru u nar tal-art f’Misraħ San Ġakbu miġbur mill-Kummissjoni Nar u Armar.

 

Il-Ħadd 12 ta Settembru 

Jum il-Festa

11.45am: Żjara ġos-Sede tal-Għaqda tagħna mill-Eċċelenza Tiegħu Monsinjur Arċisqof Pawl Cremona

7.00pm:  Il-banda mistiedna tagħna, is-Soċjeta` Santa Marija Banda Re Ġorġ V tal-Imqabba tibda b’marċ minn Triq is-Santwarju li jdur lejn Triq il-Kbira sa Misraħ is-Sliem quddiem il-każin fejn tesegwixxi Programm Mużikali taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Mro David Agius fuq il-Planċier tal-Għaqda tagħna.  Ikun hemm ħruq ta’ salut, murtali, murtaletti u kaxxa nfernali, kif ukoll blalen fost nar tal-ajru ieħor mal-wasla tal-Patruna taghna l-Madonna tal-Grazzja fil-pjazez tagħna.

 

Nota Importanti:  Il-Programm tal-Festa kif stampat hawnhekk huwa suġġett għal tibdil skont il-ħtieġa tal-mument jew ċirkostanzi li l-Kumitat Ċentrali ma jkollux kontroll fuqhom, speċjalment it-toroq kif imsemmija. Grazzi tal-koperazzjoni u nawguraw il-Festa t-Tajba liż-Żabbarin kollha. 

 

Kumitat Ċentrali 2011.