Attivita Ħadranija

Il-Kumitat Eċekuttiv jixtieq javża lill-partitarji kolla, li nhar il-Ġimgħa 2 ta' Settembru se tittella' Attivita Ħadranija kbira ġewwa l-bitħa tal-każin mit-8:30pm 'il quddiem. Ser ikunu qed jitqassmu wkoll għall-ewwel darba ċpiepet ħodor, bil-kliem TAL-BAJDA fuqhom, fost atmosfera brijjuża. Jindaqqu fost l-oħrajn marċi u diski tal-Għaqda. Narawk !!