35 Sena Kummissjoni Nar u Armar

Din is-sena ser tibqa mnaqxxa fl-istorja tal-Każin tagħna , fejn iċċelbrajna b' mod tajjeb ħafna il- 35 sena mit-twaqqif tal-Kummssjoni Nar u Armar , li jmorru lura ghall 1976. Il-festa li għadha kif għaddiet kien suċċess minn kull angolu għall-kummissjoni tagħna peress li din is-sena intrama l-armar kollu li tippossjedi din il-kummissjoni , fejn jidhol drapp ta' pavaljuni fi Triq il-Kbira, bandalori tal-pittura  f`Misraħ is-Sliem u bandalori f' Misrah San Ġakbu, kif ukoll il-kanolla tal-Assedju u dik ta San Mikiel. Intramaw ukoll 12-il anġlu mervailja.
Bdejna ċ-ċelebrazzjonijiet billi organizzajna riċeviment għall-okkażjoni tal-35 sena mit-twaqqif tal-kummisjoni fil-bitħa sabiħa u arjuża, li tipposedi l-Għaqda tagħna u qsamna il-cake tal-okkażżjoni flimkien mal-President u s-Segretarju tal-Kumitat Eżekuttiv. Fejn jidħol in-nar din is-sena ix-xoghol tan-nar tal-ajru gie fdat f'  idejn il-Lourdes fireworks factory tal-Qrendi li b` wiċċna minn quddiem jkolli ngħid li veru huma kapa1i u aħna kuntenti  bix-xogħol li kellna fil-jiem tal-Festa tal- Madonna tal Grazzja, fejn spikka il-jum tal-Festa b' salut u murtaletti, blalen u kaxxa nfernali spetakolari, kif ukoll diversi kaxxi nfernali minn fuq il-bejt tas-sede tagħna. In-nar tal-art li nħaraq lejliet il-Festa f ' Misraħ San Ġakbu Ġie maħdum u maħruq mill-kamra tan-Nar ta' Santa Marija tal-Mosta.
Nixtieq nirringrazzja lil kull min għen f `dawn il-festi tal-35 sena mit-twaqqif tal-ewwel Kummissjoni f Ħaż-Żabbar, u lil kull min kien involut biex din il- Kummissjoni tkun ta `eżempju bil- frott li ħalliet tul dawn is-snin , u lil dawk kollha li kienu jagħmlu parti minnha sa mit- twaqqif tagħha. Għas sena li ġejja ser nkunu qed nagħtu prijorita l-armar biex il-festa tal-Patruna tagħna tkun bl-isbaħ armar kif jixraq lil Ommna l-Madonna tal- Grazzja
Lawrence Mifsud
PRO Kummissjoni Nar u Armar